Raġel Niġerjan ġie arrestat mill-Pulizija b’rabta ma’ omiċidju li seħħ tard dan il-lejl fil-Qawra. Huwa ġie arrestat f’San Ġiljan.
F’dan il-każ, Niġerjan ta’ 37 sena inqatel wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina waqt argument ġewwa bar. Dan ġara għall-ħabta ta’ 00:00 fi Triq il-Ġifen fil-Qawra.
Immedjatament fuq il-post intalbet l-assistenza tal-Pulizija mid-Dipartiment tal-investigazzjoni Kriminali u l-Pulizija tad-Distrett li mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li r-raġel weġġa’ wara li kellu xi jgħid ma’ barrani ieħor.
Ir-raġel ingħata l-ewwel assistenza medika fuq il-post permezz ta’ tim mediku li ħadu l-siptar b’ambulanza iżda r-raġel ġie ċċertifikat mejjet mit-tobba tal-emerġenza.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo li ordnat inkjesta Maġisterjali u ħatret diversi esperti sabiex jassistu.