Għebet it-tama Maltija għall-ewwel medalja fl-Olimpjadi 2016 wara li William Chetcuti kiseb riżultati li mhux is-soltu mdorrijin bih.
F’Rio kellu bidu ħażin meta fl-ewwel rawnd laqat 22 minn 30 plattina, biex hekk deher mill-ewwel li kien se jkollu l-kumplament tat-triq għat-tela’. Fit-tieni rawnd laqat 25 u fit-tielet rawnd reġa’ laqat 22. Ir-raba’ rawnd kien tajjeb meta laqat 26 plattina u l-istess il-ħames wieħed. Iżda, imbagħd kien tard wisq u spiċċa fis-17 -il post meta jgħaddu biss l-ewwel sitta.
Id-diżappunt huwa kbir għaliex ftit ilu, meta rebaħ Tazza tad-Dinja fl-Azerbaijan, Chetcuti laqat ferm iktar minn hekk.