Bil-għan li jonqos ir-riskju ta’ tixrid tal-Coronavirus f’pajjina l-Gozo Channel qed tiffumiga l-vapuri kollha tagħha b’dizinfettant apposta. Dan il-proċess qed isir kull filgħaxija fuq il-vapuri kollha li ta’ kuljum qed jaqsmu t-traġitt bejn il-fliegu tal-gżejjer Maltin.
Dan il-proċess ta’ tindif kien tħabbar mill-Ministru għal Għawdex Clint Camiller fejn ftit tal-jiem ilu fejn apparti dan il-metodu aktar rigoruż ta’ tindif beda jsir ukoll screening ta’ kull passiġġier li jkun se jitla’ fuq il-vapuri.