Mara ta’ 40 sena mill-Korea li toqgħod Ħal Balzan, tilfet ħajjitha wara li waqgħet bil-karozza minn għoli f’Birguma, fil-limiti tan-Naxxar.
Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:15 ta’ filgħodu u fuq fuq il-post marru l-pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili, flimkien ma’ tim mediku.
Bħalissa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għaddejja bi tfittxija għal persuni oħra li setgħu kienu fil-karozza.
Minn informazzjoni li għandu one.com.mt hi l-karozza hija tal-kiri.
Kif jixhed ir-ritratt, il-karozza ħadet in-nar.
B’kawża ta’ dan l-inċident, il-Victoria Lines ġarrbu ħsarat estensivi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin sabiex tiġi stabbilita iddinamika tal-każ.