Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri ħabbar li għas-seba’ t’ijiem li ġejjin il- Faċilità Korretiva ta’ Kordin mhux se tkun qed taċċetta viżitaturi.
Fi stqarrija, il-Ministru Camilleri qal li dan il-pass huwa wieħed ta’ prekawzjoni sabiex ma jifirix dan il-virus fil-faċilità.
Huwa ħabbar li t-tmexxija tal-faċilità se tkun qed tevita movimenti mhux meħtieġa jew urġenti lejn u mill-faċilità.
Il-Ministru Camilleri ħabbar li miżuri simili se jkunu qed jittieħdu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni fejn jinżammu l-immigranti.
Huwa qal li din id-deċizzjoni se terġa’ tkun riveduta fi żmien ġimgħa.