Raġel ta’ 62 mis-Swieqi ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li kellu argument mat-tifel tiegħu.
Il-każ ġara nhar it-Tlieta li għadda fir-residenza tal-familja fis-Swieqi. Huwa ġie akkużat b’theddid u li kiser il-bon ordni.
Il-Maġistrat Doreen Clarke tatu l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €2,000. Il-Qorti ordnat sabiex ma javviċinax lill-uliedu.
Għall-akkużat deher l-Avukat Ishmael Psaila u Jean Paul Sammut.