Il-Kurja tal-Arċisqof ser tibda xandiriet regolari biex l-Insara kollha jkunu jistgħu jingħaqdu fit-talb u jevitaw li joħorġu minn djarhom skont il-pariri mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa.
Għada, il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu f’nofsinhar, l-Arċisqof Charles J. Sicluna ser imexxi t-talba tar-Rużarju quddiem Ġesù Sagramentat.
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, minn nhar it-Tnejn 16 ta’ Marzu, ser tixxandar Quddiesa fid-9:30 a.m. u Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija fil-5:30 p.m.
It-talb ser ikun offrut b’mod speċjali għal dawk kollha milquta mill-Coronavirus u għal dawk li qegħdin joffru s-servizzi tagħhom u jieħdu deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa.
Il-Knisja tħeġġeġ ukoll biex il-familji jitolbu t-talba tar-Rużarju.