Raġel mill-Ghana li ħebb għal koppja u binthom minuri intbagħat sitt xhur ħabs. Fis-sentenza tal-qorti ntqal ukoll li applikazzjoni li ssir minn persuna mill-Ghana biex f’Malta tfittex protezzjoni internazzjonali hija inamissibbli.
Għalhekk il-qorti ordnat lill-Kummissarju tal-Pulizija biex wara li jiskonta s-sentenza jsiru l-arranġamenti biex Aziz Issah ikun ripatrijat lura pajjiżu.
Il-Maġistrat Joe Mifsud innota wkoll li l-ħidma tal-ħaddiema fi ħdan l-AWAS, l-aġenzija għal dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil, għandha tkun apprezzata u kkundanna lil min minflok japprezaha jispiċċa jhedded u jinsulenta.