- Id-diskrepanza bejn il-ħiliet tal-ħaddiema u l-ħtiġijiet fis-suq tax-xogħol
- L-irwol tal-Gvern f’Għawdex
- L-irwol ta’ programmi edukattivi
- L-irwol tas-settur privat
- Il-permanenza tax-xogħolijiet f’Għawdex
Dawn kollha kienu punti li l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija iddiskutiet flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat, f’laqgħa li kellhom f’Kastilja, liema punti qablu li jiddiskutuhom fil-baġit għall-2017.
Il-Prim Ministru qal li f’Għawdex hemm bżonn ekonomija sostenibbli bħal dik li ġejja minn Barts, u sptar ġdid – proġetti li se jingħataw bidu fix-xhur li ġejjin. Permezz tal-istudenti li jiġu għall-iskola medika, ix-xhur kwieti tax-xitwa jimtlew, u l-infrastruttura tal-pajjiż titjieb biex takkomoda dan kollu.
Għawdex ikun jista’ jidħol fi swieq ġodda, sostenibbi u indipendenti. Il-Prim Ministru innota li bi proġetti kbar bħal taċ-Ċittadella , Għawdex jista’ jsir hub tax-xogħol.
Ritratt: Clifton Fenech, DOI