L-Għaqda Dinija għas-Saħħa, l-WHO, iddikjarat l-Coronavirus bħala pandemija.
L-uffiċċjal tal-WHO Dr Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li n-numru ta’ każijiet tal-Coronavirus barra ċ-Ċina żdiedu bi tlettax-il darba iktar f’ġimgħatejn.
Qal li huwa inkwetat mhux ftit bin-nuqqas ta’ azzjoni fil-konfront ta’ dan il-virus.
Madankollu Dr Tedros qal li mhux tard wisq biex jittieħdu miżuri sabiex dan ix-xenarju jinbidel.
Qal li hemm bżonn li jinstab bilanċ bejn il-protezzjoni tas-saħħa u tfixkil tal-ħajja ta’ kuljum.