Segwi hawnekk konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mas-6 każ tal-Coronavirus f’pajjiżna.
Ftit tal-ħin ilu l-Ministeru tas-Saħħa kkonferma li raġel Malti rriżulta pożittiv għall-Coronavirus. Huwa ttieħed waqt li kien waqt btala fl-Italja. Ir-raġel jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.
Mindu rritorna Malta, ir-raġel segwa l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa billi baqa’ fi kwarantina u ma marx għax-xogħol. Il-Gvern jibqa’ jappella għall-kalma u responsabbilità għaliex m’hemm ebda lok għall-allarm jew paniku f’pajjiżna, kif jindika wkoll dan il-każ fejn persuna ġiet infettata waqt li kien l-Italja.