Il-Ministru għas-Saħħa Ingliż, Nadine Dorries, ikkonfermat li għandha l-coronavirus.
Dorries hija l-ewwel membru parlamentari li ttestjat pożittiv għal dan il-virus, hija qalet li ħadet il-prekawzjonijiet kollha u li qadet iżolata waħedha d-dar.
Bħalissa fl-Ingilterra hemm 382 każ b’sitt persuni mietu kawża tal-coronavirus.
Sadanittant, il-logħba tal-Premier League bejn il-Manchester City u l-Arsenal li kienet se tintlagħab ilejla ġiet posposta bħala miżura ta’ prekawzjoni.
Dan għaliex numru ta’ plejers tal-Aresnal qegħdin fi kwarantina wara li kienu f’kuntatt ma’ mas-sid tat-tim tal-Olympiakos, li ġiet ttestjat pożittiv għall-coronavirus.
Il-Bank tal-Ingilterra ħabbar li naqqas ir-rati tal-imgħax fuq is-self b’reazzjoni għall-impatt ekonomiku b’rabta mat-tifqigħa tal-coronavirus. Ir-rati tal-imgħax naqsu minn 0.75% għal 0.25%, l-inqas rata fl-istorja.