Raġel jingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li kkaġuna ġrieħi ta’ natura gravi fuq Eġizzjan ta’ 51 sena.
Il-każ seħħ nhar it-Tnejn li għadda għal ħabta tad-9.15 ta’ filgħaxija. L-akkużat kellu wkoll fil-pussess tiegħu arma li taqta’ u bil-ponta.
Ir-raġel tressaq il-Qorti ta’ Għawdex quddiem il-Maġistrat Simone Grech u l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.