Mill-aħħar żviluppi b’rabta mal-Coronavirus, hemm il-possibbilità li l-Olimpjadi ta’ din is-sena jiġu posposti b’sena jew sentejn.
Haruyuki Takahashi, membru fil-bord eżekuttiv tal-kumitat organizzattiv, qal illi bħalissa qed tiġi evalwata kull possibilità. Iżda l-Ministru responsabbli mill-Olimpjadi, Seiko Hashimoto qalet li illi l-Gvern Ġappuniż mhux qed jikkunsidra l-possibilità li jiġu posposti filwaqt li tenniet li din id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-Kumitat Internazzjonali tal-Olimpjadi.
Intant, uħud mill-indsutriji f’Wuhan, iċ-ċentru tat-tifqiegħa tal-coronavirus, se jerġgħu jibdew joperaw fosthom it-trasport.