Il-festa ta’ San Ġużepp fid-19 ta’ Marzu tħassret kawża tal-Coronavirus. (Covid-19)
Dan tħabbar fi stqarrija uffiċċjali mill-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp flimkien mal-Patrijiet Franġiskani, l-Għaqda Mużikali L-Isle Adam u l-Għaqda tan-Nar 19 ta’ Marzu.
L-erbgħa għaqdiet qabblu li jikkanċellaw il-festi esterni ta’ San Ġużepp għal din is-sena fuq pariri tal-awtoritajiet konċernati Ekklesjażtiċi u Ċivili.
L-istqarrija kompliet tgħid li fil-jiem li ġejjien ser jinħareġ komunikat dwar riveżjoni tal-programm tal-festa.