Il-pellegrinaġġ Nazzjonali tar-Redentur tal-Isla pospost minħabba l-Coronavirus.
Il-pellegrinaġġ nazzjonali tar-Redentur tal-Isla li kien se jittella’ fl-20 ta’ Marzu li ġej ġie pospost għall-21 ta’ Ġunju. Dan ħabbru l-Ariċpriet tal-Isla Dun Robin Camilleri fejn spjega li wara konsultazzjoni mal-Arċisqof Charles Scicluna ħa d-deċiżjoni li din tiġi posposta minħabba li kienu se jinqabżu l-2,000 persuna.
L-Arċipriet spjega li l-pellegrinaġġi l-oħra ser ikomlu jsiru diment li l-ammont ta’ nies ma jaqbiżx is-750 persuna. Minflok dan il-pellegrinaġġ nazzjoanli se tkun qed issir quddiesa.