Marlon Baldacchino ta’ 19-il sena li joqgħod Ħaż-Żabbar u żagħżugħ ta’ 16-il sena minn Bormla nżammu arrestati wara li ma ammettewx l-akkużi miġjuba kontrihom fosthom li serqu vettura li kellha pjanċi ta’ reġistrazzjoni foloz u saqu b’mod traskurat.
Huma ġew arrestati l-Ħadd filgħaxija wara li ppruvaw jaħarbu mill-Pulizija b’karozza f’San Ġwann u baqgħu deħlien ġo ħajt.
Baldacchino kien akkużat li wettaq ħsara fil-propjetà ta’ ħaddieħor u li kkaġuna feriti serji fuq passiġġiera li kienet riekba miegħu meta b’sewqan traskurat ħabat.
Kif spiċċat is-seduta Baldacchino ħebb għal Spettur tal-Pulizija. Bi sitwazzjoni kkalmat wara ftit tal-ħin bl-akkuzati ttieħdu lejn il-faċilità korettiva ta’ Kordin.
Aqra wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/03/09/girja-bil-karozzi-wara-li-pprova-jahrab-lill-pulizija-tfajla-twegga-gravi-1/