Adam Castillejo minn Londra huwa t-tieni persuna li tfejjaq mill-HIV. Castillejo għadu ħieles mill-virus 30 xahar wara li waqqaf it-trattament.
Il-ġurnal Lancet HIV qal illi r-raġel fieq minn trattament ta’ ċellola staminali li rċieva bħala trattament għall-kanċer li kellu. Id-donaturi ta’ dawn iċ-ċelloli staminali għandhom ġene mhux komuni li tofrilhom protezzjoni kontra l-HIV.
Fl-2011, Timothy Brown imlaqqa il-pazjent ta’ Berlin, kien l-ewwel persuna li fieq mill-HIV, tliet snin u nofs wara li kellu trattament simili ta’ Castillejo.