Il-President tal-Parlament Ewropew, David Sassoli, poġġa lilu nnifsu fi kwarantina. Din id-deċiżjoni ħadha hekk kif il-Gvern Taljan poġġa lill-pajjiż fi kwarantina biex jonqos it-tixrid tal-Coronavirus.
Sassoli kien l-Italja fi tmiem Il-ġimgħa li għadda, u għalhekk ħa d-deċiżjoni li bħala prekawzjoni jibqa’ d-dar għal ġimgħatejn. Huwa qal li l-Parlament ser ikompli jaħdem biex jeżerċita d-doveri tiegħu. Sassoli kompla jgħid li l-ebda virus mhu se jintervjeni l-ħidma tal-Parlament.
Il-Parlament Ewropew qed iżid il-miżuri tiegħu biex jipproteġi s-saħħa pubblika, hekk kif in-numru ta’ tifqiegħa tal-Coronavirus fil-pajjiżi Ewropew żdied b’mod qawwi.
S’issa l-virus laqgħat diversi istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Brussell fosthom: il-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni, il-Frontex, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża kif ukoll il-Kwartieri tan-Nato.