Fir-residenza ta’ San Vinċenz De Paul qegħdin jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex tiġi assigurata s-sigurtà u s-saħħa tar-residenti.
Fil-fattt, il-ħinijiet tad-dħul għall-viżitaturi issa huwa bejn l-ħdax ta’ filgħodu u n-nofs siegħa ta’ wara u bejn l-erbgħa ta’ filgħaxija u s-6:00 ta’ filgħaxija.
Waqt dawn il-ħinijiet, se jingħata aċċess għal persuna waħda biss fejn kull resident.
Dan il-proċess se jkun qed isir fl-entratura prinċipali tar-residenza billi jingħata dokument ta’ aċċess għar-residenza lill-viżitaturi.
Dan qed isir skont il-pariri tal-professjonisti tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika hekk kif ir-residenti ta’ San Vinċenz De Paul jaqgħu taħt il-kategorija ta’ anzjani b’dipendenza għolja u għalhekk jeħtieġ jitnaqqas ir-riskju billi jiġi kkontrollat kemm jista’ jkun il-kuntatt tal-viżitaturi mar-residenti.
Barra minn hekk, se jkun qed isir proċess ta’ monitoraġġ għal kull persuna li tidħol, inkluż il-ħaddiema, permezz ta’ termometru elettroniku u anki permezz ta’ kwestjonarju.