Matul il-ġimgħa li għaddiet tqassmu aktar minn 2,300 alcohol hand sanitizer fl-iskejjel tal-Gvern. Bis-saħħa ta’ din il-miżura ta’ prekawzjoni kull klassi fl-iskejjel statali issa għandha dan il-flixkun biex l-istudenti u l-għalliema jkunu jistgħu jżommu l-iġjene ta’ idejhom bil-għan li jevitaw tixrid ta’ mard.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici fejn spjega li apparti dawn il-fliexken numru kbir ta’ skejjel xtraw ukoll aktar fliexken ta’ alcohol hand sanitizer bil-għan li jkollhom provvista adekwata. Il-Ministru Bonnici rringrazzja wkoll lill-ħaddiema kollha fis-settur tal-edukazzjoni għall-impenn tagħhom kontra t-tixrid tal-Coronavirus.