U l-isptar Mater Dei ħabbar li mill-Erbgħa li ġej il-ħinijiet tal-viżitaturi fl-isptar se jkunu bejn il-ħdax ta’ filgħodu u nofshinar u mill-ħamsa ta’ filgħaxija sas-sitta ta’ filgħaxija.
Ma’ kull pazjent jista’ jidħol biss viżitatur wieħed u qabel kull żjara, il-viżitaturi ser jiġu skrinjati.
Fi stqarrija, l-isptar avża lill-viżitaturi li minħabba dawn il-miżuri l-ġodda jista’ jkun hemm ħin ta’ stennija, fosthom quddiem id-daħla ewlenija tal-isptar, id-Day Care, id-dipartiment tal-Emerġenza u ċ-ċentru tal-onkoloġija ta’ Sir Anthony Mamo.