F’filmat, l-Arċisqof ta’ Malta, Charles Scicluna qal li huwa l-obbligu tal-Knisja f’Malta li tobbdi kull struzzjoni li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jagħtu fid-dawl tal-coronavirus.
Fost dan hemm it-tneħħija tal-ilma mbierek mill-fonti kif ukoll li t-tqarbin għandu jsir biss fuq l-idejn.
Fil-filmat l-Arċisqof qal li permezz ta’ ċirkulari ffirmata mill-Isqod Awżiljarju Joseph Galea Curmi, ħarġu struzzjonijiet sabiex jgħinu lin-nies li jiffrekwentaw il-knejjes Maltin sabiex iħarsu s-saħħa tagħhom.
Qal li l-knisja qed tirrispondi b’mod responsabbli għall-indikazzjonijiet li qed tingħata mill-awtorità tas-saħħa fil-konfront ta’ dan il-virus li b’mod speċjali qed jolqot il-popolazzoni anzjana.
Qal li huwa importanti li jiġu obduti dawn l-istruzzjonijiet għax huwa obbligu morali u kwistjoni ta’ sens ċiviku.
L-Arċisqof żied jgħid li jekk l-Awtoritajiet tas-saħħa tagħti indikazzjonijiet oħra, dan ser isir.