Numru ta’ membri parlamentari Ewropej tal-Partit Popolari Ewrope, il-PPE, jinsabu urtati u rrabjati bid-deċiżjoni tal-Kap Manfred Weber li qabad u għażel lil Simon Busuttil bħala segretarju ġenerali tal-Partit Popolari Ewropew.
Irrapporta dan is-sit tal-aħbarijiet influwenti Politico li qal li ħafna mill-kritika li qed jaqla’ Weber, il-Kap tal-Partit Popolari Ewropew, hija minħabba l-għażla ta’ Busuttil.
“Much of the criticism centers on Weber’s decision to appoint Simon Busuttil”
Il-Politico rrapporta firda u inkwiet li bħalissa jeżisti fil-Partit Popolari Ewropew riżultat tal-għażla ta’ Simon Busuttil.
Numru ta’ membri parlamentari Ewropej u nies qrib il-Partit Popolari Ewropew akkużaw lil Weber li ffavorixxa lil Simon Busuttil, deskritt mill-Politico bħala ħabib ta’ Weber u li għandu ftit esperjenza u tagħrif tal-Parlament Ewropew u tal-grupp politiku Ewropew li fih huwa msieħeb il-Partit Nazzjonalista.
“Some MEPs and EPP insiders accused Weber of favoring a close ally with little experience of the Parliament or knowledge of the group.”
Membru parlamentari Ewropew saħansitra qal lil Politico li Simon Busuttil ingħata l-kariga minn sieħbu Weber, “Il-kariga ta’ Busuttil niżlet mis-sema’” qal il-membru parlamentari Ewropew.
“His name fell from heaven for that job,” said one MEP.
Manfred Weber mhux ġdid għal Simon Busuttil hekk kif dan kien iressqu lejn Malta anki biex jitkellem fil-mass meetings li kien jorganizza u jitkellem fil-miftuħ kontra pajjiżna.Intant il-Politico rrapporta wkoll kif Weber qed jaffaċċja kritika ħarxa min-nies fi ħdan il-blokk Ewropew li jmexxi anki wara t-telfa umiljanti għall-asiprazzjonijiet tiegħu biex ikun il-President tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-Politico qal li s-sena l-oħra l-mexxejja Ewropej ma riduhx jieħu l-aktar kariga b’saħħitha fl-Unjoni Ewropea u minn dak iż-żmien l’hawn Weber inbidel.
“Irrabjat, urtat u bitter”, kienu dawn l-aġġettivi li ntużaw min-nies qrib Weber mal-Politico.
Is-sit kompla jgħid li issa Weber daħħal ftit nies fiċ-ċirku tiegħu fosthom lil Simon Busuttil, u din kienet l-aktar raġuni li ħolqot rabja u inkwiet fost il-Partit Popolari Ewropew.
F’dan il-blokk politiku hemm ukoll il-Partit Nazzjonalista mifni bl-inkwiet u l-firda bejn żewġ fazzjonijiet li ma jaċċettawx lil xulxin; il-fazzjoni ta’ Adrian Delia u dik ta’ Simon Busuttil.