It-tliet persuni, żewġ ġenituri u binthom li rriżultaw pożittiv għall-coronavirus, qegħdin iżolati u jinsabu fi stat ta’ saħħa tajjeb.
Ikkonfermaw dan l-awtoritajiet tas-saħħa waqt l-aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-coronavirus f’Malta fl-Isptar Mater Dei t-Tnejn filgħodu.
Dr. Chris Barbara qal li swabs fil-laboratorji saru madwar 231 kampjun li kollha rriżultaw fin-negattiv, filwaqt li 309 test ieħor irriżultaw ukoll fin-negattiv.
Fil-konferenza intqal ukoll li ngħata taħriġ lil madwar 200 tabib u mijiet ta’ infermiera.
Segwi l-aġġornament dwar il-coronavirus f’Malta mill-awtoritajie tas-saħħa Maltin…