Mill-inqas ħdax-il tarbija mietet wara li nirien ħakmu sala tal-maternità fi sptar f’Baghdad kmieni dalgħodu. Dan ikkonfermaħ il-Ministru għas-Saħħa Iraqen.
It-trabi kienu f’sala apposta għax twieldu qabel iż-żmien, fi stpar bl-isem Yarmouk. Huma mietu kollha b’nuqqas ta’ nifs. Rapporti preliminari qed jgħidu li n-nirien kienu ikkawżati minn problema fis-sistema tal-elettriku.
29 mara welldet il-bieraħ filgħaxija. Dawn kollha ġew trasferiti lejn sptarijiet oħra f’Baghdad.