L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Maltija, l-MFA qalet il-possibiltà li l-partita għall-UEFA Champions League bejn Juventus u Olympique Lyonnais ġiet skartata.
L-MFA qalet dan wara rapport fil-midja lokali qalu li din il-logħba mill-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League se ssir f’Malta.
Fi stqarrija dwar dawn ir-rapporti, l-Assoċjazzjoni tal-Futbol Maltija qalet li sar kuntatt informali mal-uffiċjali tal-assoċjazzjoni dwar din il-logħba.
Fl-istqarrija, l-Assoċjazzjoni tal-Futbol Maltija qalet li f’każ li din il-logħba ssir f’pajjiżna, mhux se jkun possibli li jivvjaġġaw partitarji Taljani lejn Malta u qalet li se jiġu rrispettati d-direttivi tal-awtorijiet tas-saħħa Maltin.
Fl-istqarrija, l-MFA qalet li d-deċizzjoni finali trid issir mill-klabb Taljan u l-UEFA.