Darren Grech ta’ 30 sena nżamm arrestat wara li kien mixli li darab gravi mara is-Sibt li għadda u fix-xhur ta’ qabel.
Huwa kien mixli wkoll li żamm il-mara kontra r-rieda tagħha, li għamel ħsara fuq il-mobile tagħha u li wettaq ir-reat waqt perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest li saret mill-imputat.
Fuq talba tal-prosekuzzjoni il-Qorti ħatret lit-tabib forensiku Mario Scerri biex jeżamina l-feriti tal-mara.