Mohammed Waqas Ali, Pakistani ta’ 39 sena ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien mixli li qabad il-parti sesswali ta’ mara Spanjola ta’ 36 sena.
Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi fil-konfront tiegħu.
Fil-Qorti d-difiża qalet li l-akkużat xorob iżżejjed meta kien fi stabbiliment tad-divertiment u ma jiftakarx li għamel avvanzi sesswali fuq il-mara.
Intqal ukoll li l-imputat qatt ma xellef difrejh mal-ġustizzja.
Il-prosekuzzjoni spjegat li l-mara marret lura pajjiżha iżda lesta tiġi lura tixhed meta hemm bżonn.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ħelset lill-imputat mill-arrest fuq kundizzjoni li jiffirma l-għassa tliet darbiet fil-ġimgħa u li jkun ġewwa bejn is-sagħtejn u t-tmienja ta’ filgħodu.