Mara ttieħdet l-isptar Mater Dei wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Wied il-Għajn.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar fi Triq Villabate Wied il-Għajn. L-inċident seħħ meta seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Ford Mondeo misjuqa minn raġel ta’ 30 sena u karozza tat-tip Renault Megane misjuqa minn raġel ta’ 31 sena minn Ħal Tarxien.
Fil-karozza mar-raġel minn Ħal Tarxien, kien hemm mara Eġizzjana ta’ 30 sena li toqgħod il-Furjana, li ttieħdet l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.
Fuq il-post marru l-pulizija, ambulanza u membri tal-Protezzjoni Ċivili.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.