It-Taljan Manuel Giovanelli ta’ 42 sena li kien irrapportat nieqes il-Ħamis li għadda, b’xorti ħażina nstab mejjet fil-baħar fiċ-Ċirkewwa. Il-katavru tar-raġel itella’ mill-baħar mill-Forzi Armati ta’ Malta l-Ġimgħa fl-10 ta’ filgħaxija.
Fil-jum li ġie rrapporat nieqes, il-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili ssoktaw bit-tfitxijiet intensivi fl-inħawi ta’ Ħad Dingli fejn sabu l-karozza tal-vittma pparkjata.
Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-għassa Marsanne Farrugia, li ordnat issir inkjesta filwaqt ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.