Waqt iż-żjara tiegħu fir-Renju Unit, il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ mal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson.
Fil-laqgħa li kellhom f’Downing Street, il-President Vella u Johnson tkellmu wkoll dwar is-sitwazzjoni preżenti fir-Renju Unit wara li nħall uffiċjalment minn mal-Unjoni Ewropea.
Il-President ta’ Malta qal ukoll li flimkien ma’ Johnson ddiskutew diversi materji ta’ koperazzjoni li bħalissa ż-żewġ pajjiżi għandhom bejniethom.
Dwar il-Libja Dr Vella spjega li kemm hu u kemm il-Prim Ministru Ingliż esprimew id-diżappunt tagħhom għas-sitwazzjoni preżenti.
Huma tkellmu wkoll dwar l-involviment ta’ pajjiżi terzi u x’effetti qed iħallu bil-għan li tinstab soluzzjoni għat-turbolenza li hemm f’dan il-pajjiż ġar tagħna.