Parti mill-Learning Support Educators li ġew appuntati tliet snin ilu se jiżdiedu fil-paga wara aġġustament fl-iskala tas-salarju tagħhom. Dan ġej wara ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Unjin tal-Għalliema, l-MUT hekk kif dawk magħrufa bħala LSEs 2 saħansitra se jieħdu l-arretrati dovuti b’lura.
B’dan il-ftehim dawn l-edukaturi li jgħinu lil tfal b’attenzjoni partikolari fil-klassi se jitilgħu żewġ tarġiet fl-iskala tagħhom tax-xogħol. Dawn l-LSEs li anki daħlu wara l-elfejn u sbatax ukoll se jibbenefikaw minn żieda fis-salarju tagħhom.
Fi stqarrija l-MUT esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għal ftehim milħuq.