Il-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta ħabbret numru ta’ miżuri temporanji dwar is-sitwazzjoni dejjem tinbidel dwar il-Coronavirus.
Dawn se jagħtu flessibilità ikbar lill-konsumaturi meta jagħmlu prenotazzjonijiet ġodda jew tibdil fihom għal nollijiet ta’ Go Light u Go Smart.
Fost oħrajn, dawk li bbukkjaw titjira tal-Air Malta qabel l-4 ta’ Marzu jistgħu jibdlu d-data tal-ivvjaġġar u d-destinazzjoni tagħhom għal għaxar ewro għal kull passiġġier u kull titjira, flimkien mad-differenzi applikabbli tan-noll u t-taxxi.
L-Air Matla qalet li l-konsumaturi jridu jikkonfermaw il-bidliet sal-aħħar tax-xahar u l-ivvjaġġar kollu jrid iseħħ sal-aħħar tas-sena.
Il-konsumaturi li jibbukkjaw titjiriet tal-Air Malta mill-4 ta’ Marzu ‘l quddiem ukoll se jkollhom din il-flessibbiltà li jagħmlu bidliet fl-itinerarju tagħhom jew li jitolbu rifużjoni tal-biljett bl-istess kundizzjonjiet.
Intant il-Gvern nieda sit elettroniku ġdid li jagħti aċċess onlajn għall-aħħar informazzjoni u żviluppi b’rabta mas-sitwazzjoni tal-coronavirus f’pajjiżna.
F’waħda mill-paġni, wieħed isib lista bl-aktar mistoqsijiet komuni u t-tweġibiet tagħhom.
Hemm ukoll gwida dwar kwarantina volontarja għal dawk li jsiefru fil-pajjiżi milquta, u lista ta’ fatti u affarijiet ivvintati dwar l-istess coronavirus.
Biex hekk, il-fatti, l-aħħar żviluppi uffiċjali u anki mistoqsijiet li wieħed jista’ jkollu dwar il-coronavirus, jinsabu f’post wieħed, fuq is-sit covid19malta.info.
Aqra wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/03/04/il-gvern-bwebsite-dwar-l-ahhar-zviluppi-tal-coronavirus/