Is-semifinali tal-Coppa Italia bejn Juventus u l-Milan li kellha tintlagħab għada f’Turin fid-20:45 ġiet postposta minħabba l-Coronavirus.
Il-logħba t’għada hija l-iktar waħda riċenti wara li tul il-ġimgħa li għaddiet ġew posposti ħames logħbiet tas-Serie A, fosthom il-lobgħa bejn l-istess Juventus u Inter Milan.
L-aġenzija tal-aħbarijiet ANSA tgħid li l-Gvern qed jikkunsidra sospensjoni tal-avvenimenti sportivi kollha fl-Italja għal xahar minħabba l-virus tal-Coronavirus, hekk kif 27 persuna oħra mietu matul l-aħħar 24 siegħa.
Dan mhux biss jinvolvi ż-żoni l-iktar milquta mill-marda, iżda kull reġjun fil-pajjiż.