Id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili Emmanuel Psaila saħaq li l-operazzjoni ta’ salvataġġ fil-Ħamrun tista’ tieħu diversi sigħat. Is-Sur Psaila spjega ma’ one.com.mt li għaddejja operazzjoni delikata fejn il-membri tal-Protezzjoni Ċivili qed jagħżlu kif ineħħu l-ġebel. Qal li l-operazzjoni tat-tneħħija tal-knatan bdiet fejn indika l-kelb tat-taqsima tal-K-9. Saħaq li jeżisti periklu kbir għall-membri tal-Protezzjoni Ċivili u kollox qed isir b’kawtela.
Edward Montebello
Gradwat fl-istorja u kien jgħallem l-istorja u suġġetti oħra f’livell sekondarju u primarju. Kiseb ċertifikat dwar il-Komunikazzjoni minn Public Administration f’Londra b’taħriġ li sar fost oħrajn fil-BBC News Studios u l-kwartieri ta’ Thomson Reuters f’Londra. Issieħeb fil-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE fl-2009 u ilu jmexxi ONE News minn Marzu 2020.