Matul il-jum tat-Tnejn l-Iżraeliti tefgħu l-vot tagħhom għal dik li hija t-tielet elezzjoni ġenerali tal-pajjiż f’sena. Din l-elezzjoni qed tiġri fid-dawl ta’ falliment tal-Prim Ministru Benjamin Netanyahu flimkien ma’ Benny
Gantz milli jiffurmaw Gvern ta’ koalizzjoni fl-aħħar żewġ elezzjonijiet f’April u Settembru li għadda.
Aktar minn 6.4 miljun Iżraelit huma eliġibbli sabiex jivvutaw filwaqt li aktar minn 11,000 post ta’ votazzjoni. Ir-riżultati preliminarji huma mistennija jitħabbru t-Tlieta filgħodu.