F’12:00 se jitressaq il-Qorti il-Ġermaniż ta’ 32 sena li allegatament wettaq ħanut f’Ta’ Sliema nhar it-Tlieta għall-ħabta tat-2:45 ta’ waranofsinhar u li allegtament tefa’ l-pepper spray lejn l-impjegat li dak il-ħin kien jinsab fil-ħanut,fi Triq il-Creche.
Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li fil-ħanut daħal raġel u mill-cash register seraq
ammont ta’ flus kontanti. Waqt din is-serqa, l-allegat ħalliel tefa’ pepper spray f’wiċċ limpjegat li kien fil-ħanut. Wara li seraq il-flus, ir-raġel ħarab minn fuq il-post.
Ir-raġel ġie arrestat l-għada tal-allegat serqa u ttieħed l-Għassa ta’ Tas-Sliema għal aktar investigazzjonijiet. Wara huwa ġie eskortat lejn il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għall-iktar stħarriġ.
L-investigazzjonijiet fuq dan il-każ qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Tas-Sliema u mill-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali.
http://www.one.com.mt/2020/02/26/arrestat-il-halliel-li-nqabad-jisraq-fil-fatt-minn-hanut-ftas-sliema/?fbclid=IwAR0388Cbt9pim9UEKlMl9FU2XLtkcynHbbLnm3zUkx1y8NP_dPsRt2JGCUU