F’temp mill-isbaħ il-Ħadd filgħodu, eluf ipparteċipaw fil-ħamsa u tletin edizzjoni tal-Maratona ta’ Malta.
F’din il-maratona kien hemm tliet kategoriji: dawk li ġrew tnejn u erbgħin kilometru, dawk li għamlu n-nofs maratona, jiġifieri ġrew wieħed u għoxrin kilometru u dawk li mxew l-istess rotta tan-nofs maratona.
Crew ta’ ONE News niżel ix-Xatt ta’ Tas-Sliema, fejn intemmet il-maratona.
Fost il-parteċipanti kien hemm Ingliż li għamel in-nofs maratona, proprju f’jum għeluq sninu.
Tul il-toroq ta’ pajjiżna, iddomoinat il-preżenza ta’ barranin li ġew Malta apposta għall-maratona, u lkoll kellhom kliem ta’ tifħir għal gżiritna.
Mal-parteċipanti barranin, kien hemm ukoll Zach u Abraham, li għamlu din il-maratona ta’ bla ħsieb tant li applikaw għaliha s-Sibt filgħaxija.