Wara kważi 16-il sena, l-itwal strajk tal-ġuħ fid-dinja mistenni li jispiċċa llum.
L-attivista għad-drittijiet umani, Irom Sharmila, bdiet dan l-istrajk fl-2000 wara li 10 persuni nqatlu mis-suldati Indjani fl-istat ta’ Manipur.
Minn dakinhar, Sharmila, li hija magħrufa bħala ‘The Iron lady of Manipur’ għamlet dan l-istrajk bħala protest kontra l-liġi Indjana dwar il-forzi armati, li tagħti s-saħħa lill-militar Indjan biex jagħmel tfittxijiet fil-propjetajiet tagħhom, jarresta s-suspettati mingħajr mandat u saħanistra jistgħu jaqbdu u joqtlu lin-nies ċivili fuq il-post.