Fl-attività politika tal-Ħadd filgħodu fiċ-Ċentru Laburista fin-Naxxar, il-Prim Ministru u mexxej Laburista Robert Abela rringrazzja lill-Kap Eżekuttiv uxxenti, Randolph De Battista tax-xogħol siewi li għamel fil-kariga tiegħu.
“Nitbissem meta nara f’sezzjoni ta’ media li tkeċċa Randolph De Battista. Randolph nibda billi nirringrazzjah tal-ħidma li wettaq bħala Kap Eżekuttiv, ħidma li kien strumentali fiha biex biddel il-mod ta’ kif il-partit iħares lejn in-nies u jiffinanzja l-operat tiegħu u sinċerament nirringrazzjah għax kien strumentali. Jien ma nqisux bħala kapitlu magħluq iżda bħala avventura ġdida anke fil-Partit Laburista. Inħares ‘il quddiem biex flimkien miegħu nkomplu nsaħħu dan il-partit.”
Il-Prim Ministru awgura lill-George Azzopardi fil-ħidma ġdid tiegħu bħala Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista.