Il-Gvern Ingliż stabilixxa l-pjan tiegħu biex jindirizza t-tifqiegħa l-coronavirus wara li ġew ikkonfermati tliet każijiet oħra tal-virus fir-Renju Unit, biex issa t-total ta’ persuni infettati tela’ għal 23.
Waħda mill-miżuri f’dan il-pjan hija li kull dipartiment tal-gvern se jkollu persuna nkarigata li se tkun responsabbli biex taġġorna l-gvern dwar dak kollu li jkun qed jiġri bit-tifqiegħa tal-coronavirus.
Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, se jkun qed jindirizza laqgħa dwar il-virus għada t-Tnejn. Huwa qal li t-tifqiegħa tista’ tkun ta’ sfida għall-pajjiż fil-ġimgħat jew xhur li ġejjin, iżda jinsab kunfidenti li r-Renju Unit huwa ppreparat biex jikumbatti dan il-virus.
It-tliet każijiet ġodda huma ċittadini li waslu lura mill-Italja u l-Asja.