Kull min qed isegwi l-Olimpjadi ta’ Rio seta’ kien xi ftit perpless, hekk kif fuq it-televiżjoni feġġ l-isem ‘Agatha Barbara’, tirrappreżenta lill-Brażil!
Agatha Bednarczuk u Barbara Seixas De Freitas flimkien ikkompetew kontra l-Islovakki l-nhar is-Sibt, u ħarġu rebbieħa. Kif inhu tipiku fil-beach volleyball u sport li fih wieħed jipparteċipa f’pari, jittieħed l-ewwel isem ta’ kull atleta. Fil-każ t’Agatha u Barbara, ir-riżultat kien sinnifikanti.
Mar-rebħa ta’ nhar is-Sibt, Barbara ddeskriviet l-ansjetà li ħasset dwar il-fatt li kienet se tilgħab f’pajjiżha stess. Qalet li Agatha għentiha ħafna, li l-folla kienet spettakolari, u li tixtieq li kull logħba jkollha l-istess ammont ta’ enerġija.
Min jaf joħorġux rebbieħa!