Il-Prim Ministru Robert Abela llejla ltaqa’ mal-Eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Malti fil-kwartieri tagħhom biswit il-pixxina nazzjonali f’tal Qroqq
.
Flimkien mal-Prim Ministru, il-Kumitat Olimpiku Malti ddiskuta t-tħejjijiet intensivi li qegħdin isiru bħalissa għal-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar tal-Ewropa li ser isiru f’Malta fl-elfejn tlieta u għoxrin.
Il-Prim Ministru qal li għandu fiduċja kbira fil-kumitat Olimpiku Malti u saħaq li l-Gvern ser jibqa’ jinvesti bis-sħiħ fl-isport hekk kif dan isaħħaħ il-valuri u jagħmel soċjetà aktar b’saħħitha u żgħażagħ aktar iddixxiplinati.
Il-membri tal-kumitat olimpiku Malti qalu li r-relazzjonijiet bejn il-Gvern u l-Kumitat għandhom ikomplu jitjiebu sabiex l-atleti Maltin u Għawdxin u l-faċilitajiet sportive f’pajjiżna jilħqu l-aktar livell għoli possibbli għal dan l-avveniment tant importanti għal Malta.
Għal din il-laqgħa attenda wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Isports Clifton Grima.