Id-Deputat Nazzjonalista Marthese Portelli ħabbret li se tkun qiegħda tirrieżenja minn deputat Nazzjonalista.
Hija qalet dan fuq il-profil tagħha ta’ Facebook fejn stqarret li kitbet lill-Ispeaker Anġlu Farruiga biex tinformah b’din ix-xewqa tagħha.
Portelli kienet waħda mid-Deputati Nazzjonalista li fl-aħħar ġimgħat sejħet għar-riżenja tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.