L-ewwel każ tal-Coronavirus ġiet ikkonfermata fl-Amerika t’Isfel dan hekk kif it-tfaqqiegħa tkompli tinfirex madwar id-dinja.
L-awtoritajiet tas-saħħa fil-Brażil ħabbru nhar l-Erbgħa li raġel kien infettat bil COVID-19 f’Sao Paulo. Dan ifisser li issa l-infezzjoni laħqet kull kontinent minbarra dak tal-Antartika.
Intant sal-jum tal-Erbgħa fl-Italja ġew ikkonfermati tnax mejta filwaqt li fil-Ġermanja ġew kkonfermati madwar għoxrin.
Fl-Awstrija, L-Estonja, Kroazja, l-Isvizzera, il-Greċja, Ġorġja u fin-naħa ta’ fuq tal-Maċedonja rrappurtaw l-ewwel każijiet tagħhom. Filwaqt li fl-Italja l-ammont ta’ każijiet telgħu għal dawk ta’ 400.
Filwaqt li l-Awstralja estendew l-projbizzjoni ta’ persuni li ġejjin miċ-Ċina. Fil-Pakistan ngħalqu żewġ skejjel temporanjament wara li ġew kkonfermati żewġ każi u fl-Iraq ġie rrapurtat is-sitt każ u fid-dawl ta’ dan l-Għarabja Sawdija ħadet deċiżjoni li twaqqaf pellegrinaġġi milli jidħlu fil-pajjiż b’mod temporanju.
Sadanittant l-Olimpjadi tas-Sajf f’Tokyo huma f’ċans li jiġu ppostponuti pero d-deċiżjoni taqa’ f’idejn l-atleti nfushom.