Raġel ta’ 32 sena mill-Mosta ttieħed l-isptar wara li kien involut f’ħabta bil-mutur tal-għamla Kawasaki ma’ karozza tat-tip Renault li kienet misjuqa minn raġel ta’ 53 mis-Siġġiewi li ma ġarrab l-ebda ġrieħi. L-inċident seħħ fi Triq ta’ Mons. Mikiel Azzopardi għall-ħabta tas-6:35 ta’ filgħodu.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…