Bħalissa għaddejjin f’pajjiżna auditions taż-żfin għal min huwa interessat li jingħaqad ma’ grupp Gorgjan b’kollaborazzjoni ma’ Tbilisi State Chamber Orchestra ul Giorgi Aleksidze Contemporary Ballet tal Gojgja.
L-auditions bdew isiru propju mill-bieraħ it-Tnejn 24 ta’ Frar u ser ikomplu għaddejjin illum u għada wkoll. L-iskejjel u kumpaniji tal-ballet ġew infurmati biex jinnominaw kanditati għal auditions. Min jintgħażel jitla’ l-Ġorġja biex jitħarreġ u jieħu sehem ma’ Tbilisi Giorgi Aleksidze Contemporary Ballet fil-ballet f’Malta b’kollaborazzjoni ma’ Tbilisi State Chamber Orchestra.
Ta’ min jghid li l-Orkestra Gorgjana u Tbilisi Ballet kull darba qed jiġu megħjuna mill-Ministeru Ġorġjan tal-Edukazzjoni, Xjenza, Kultura u Sport li finanzjarjament qed jisponsorjaw it-titjiriet kollha tagħhom lejn Malta. B’hekk din id-darba, kemm it-titjiriet u s-servizzi tal-ballet ma ġew jiswew xejn lil MCC, li ta’ min ifakkar ser ikunu qed joffru spettaklu ta’ tliet avvenimenti. Dar il-Mediterran permezz tad-Direttur Mużikali – Alexei Galea Cavallazzi u l-kuntatti internazzjonali tiegħu kkolaboraw bosta drabi mal-Orkestra Tbilisi State Chamber fil-passat, u dejjem taw kontribut finanzjarju.
It-Tbilisi Giorgi Aleksidze Contemporary Ballet hija l-aqwa instituzzjoni tax-xorta tagħha fil-Ġorġja.
Fl-20 ta’ Marzu, ġewwa Republic Hall f’Dar il-Mediterran ser ikun hemm spettaklu ta’ żfin antik u folia, kif ukoll mużika barokka bi strumenti awtentiċi barokki li ser jikkomplimentaw iż-żfin kontemporanju.
Fil-21 ta’ Marzu, ser jittella’ programm sħiħ ta’ mużika klassika. Dan ser ikun jinkludi xogħlijiet ta’ Mozart, Haydn u Weber ma’ Levan Tshadadze fuq il-clarinet bħala solista.
Fl-24 ta’ Marzu, l-programm ser ikun jinkludi mużika mis-seklu għoxrin, kif ukoll mużika moderna. Dan ser jinkludi xogħlijiet tal-aqwa mħuħ mis-seklu 20 – Zemlinsky, Schonberg u Nielsen, kif ukoll ser tinkorpora mużika ta’ żewġ kompożituri importanti li għadhom fostna, wieħed Malti u ieħor Ġorġjan – Chris Muscat u Archil Giorgobiani.
Il-ġranet ta’ kultura Ġorġjana f’Malta ma jinkludux biss l-aqwa kultura Ġorġjana, iżda ser tinkorpora fiha zfin kontemporanju u mużika barokka, klassika, mis-seklu 21 L-orkestra Tbilisi State Chamber ser tkun immexxija mill-magħruf Alexei Galea Cavallazzi, fejn dan iżur ir-Russja ta’ spiss u ilu jaħdem bi sħiħ sabiex jipproduċi avvenimenti ta’ dan it-tip mal-aqwa orkestri f’pajjiżna. Galea Cavallazzi kien ġie preżentat il-midalja tal-Union Federation mill-Parlament Russu għall-kontribuzzjoni tiegħu lejn il-kultura. Galea Cavallazzi huwa d-Direttur Mużikali ta’ Dar il-Mediterran.
L-avventimenti kollha jibdew fis-7:30 ta’ filgħaxija. Il-biljetti jistgħu jiġu bbukjati billi ċċemplu fuq 2559 5750 jew online fuq www.mcc.com.mt