Slovak ta’ 28 sena li jgħix il-Mellieħa sofra ġrieħi gravi wara ħabta fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun.
Il-każ seħħ għal ħabta tas-1:30 ta’ wara nofsinhar. F’dan l-inċident kienu involuti karozza tat-tip Toyota Aygo li kienet misjuqa minn Ingliż ta’ 64 sena u mutur tal-għamla Honda CB li kien misjuq mis-Slovak.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lis-sewwieq talmutur l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin, li qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.