Il-Prim Ministru tal-Malasja Mahathir Mohamad offra l-ittra tar-riżenja tiegħu lir-Re Abdullah. Ir-riżenja ta’ Mohamad ta’ 94 sena waslet wara xniegħat li ser jifforma koalizzjoni ġdida mingħajr is-suċċessur tiegħu Anwar Ibrahim.
Mahathir li sa llum kien l-ixjeħ Prim Ministru ħa t-tmun tal-pajjiż fl-2018. F’rebħa elettorali mhux mistenniha huwa kien ħa post l-eks Prim Ministru Najib Razak li kien imsemmi fi skandlu multi biljunarju fuq fondi tal-Gvern.
Mahatir serva wkoll bħala Prim Ministru bejn 1981 u l-2003 u kien figura prominenti fil-Partit Barisa Nasional.